Monday 25 July 2011

In-Nisrani Breivik


Ridt nagħmel xi ħaġa kolossali
biex ismi jitniżżel f'almanak tal-istorja,
b'hekk wara mewti nibqa' nieħu l-glorja.

ma xtaqtx infejjaq il-kankru
fis-sena elfejn u ħdax nagħmel xi ħaġa sensazjonali
għalhekk iddeċidejt nagħmel bomba, fuq livell nazzjonali.


quddiem Kristu jien mort nitlob,
tlabtu biex dal-moħħ kbir jilluminali.
il-bomba kellha tkun ikbar minn ħafna murtali.

għajjat ''Kristu l-akbar''
il-bomba splodiet, biċċiet taru mferxin,
imma hekk qalli l-ispirtu s-santu ''iġġieled il-Misilmin".


bqajt sejjer noqtol erba' żgħażagħ
kienu fuq gżira jipprotestaw għall-kwiet.
kollha mietu martri, ommhom għal xejn bkiet.

issa nagħmel ġenuflissjoni,
ngħid talba u mmur dritt il-Vatikan.
jien suldat ta' Kristu u l-Papa bija ferħan.

Tuesday 12 July 2011

Sad life of normal Person

i've been walking down this street
where we broke up, and we don’t meet
lately I started to talk to myself
I lost my feeling and nothing makes sense

I just need to feel more secure
I need to wash my soul, make it pure
I’m tired of being just a name
should stop hiding and feel the shame

They used to tell me just give her time
But I’m sick of climbing this mountain of mine
Where are you now? where have gone?
My life is getting as heavy as stone

I just need to feel more secure
I need to wash my soul, make it pure
I am tired of lying to please a big name
I should simply hide and feel the shame

I need to go and meet my friend jack
He looks so good all in white and black
He helps me forget for an hour or two
he gives me a push to make it through

I just need to feel more secure
To kill your memories and to be sure
I am tired of dreaming of the past
But you were the first and not my last

Seduto guardo e cammino

Tanti giorni sono passati senza fare niente
allora esco di casa in incontro un po di gente.
Tante sono le strade da camminare nella vita
non tutti ci portano a Roma ma tutti sono in salita.

Mi metto seduto su questo banco
rimarro zitto e guardo il branco.
In questa citta grande come il mare
piu di cosi non posso fare.

Tante sono le foglie che mi coprano la testa
domani sara un giorno ma oggi facciamo festa.
Tutto sembra cosi bello guardato da questa prospettiva
allora rimango un po con il sorriso e guardero domani alla parte negativa

Mi metto seduto su questo banco
rimaro zitto e gurado il branco.
In questa citta come il mare
Non posso essesre un eroe che combatta contro il male.

Mi alzo da questo banco prima di diventare nonno.
Mi metto ha camminare e prendo la via del ritorno.

Mi metto seduto su questo letto
un altro giorno non cosi perfetto.
in questa camera come un scatolone
mi svegliero domain e scrivero una canzone.

Specjalment ghalik

Issa spicca kollox imma il-weggha kienet kbira wisq.
Sfurzajtni nimxi ‘l quddiem fil-barka u fir-risq.
Ma nafx kif spiccajna hekk; spiccajna b'dak il-mod.
Kont qisni dellek imma f'daqqa wahda tfajtni l-boghod.

Xtaqt nghajjat, xtaqt nishet lil dak t' hemm Fuq.
Xtaqtek twegga’ u tibki, xtaqtek idduq.
Xtaqt innehilek dik it-tbissima minn fuq dawk ix-xuftejn.
Xtaqt immur lura u nhassar dawk is-sentejn.

F'daqqa wahda rajtni zejjed; f'daqqa wahda sirt ta’ piz
u bdejt thares lejja daqs li kieku qatt ma kont l-ghaziz.
It-tghanniqa saret katina, katina tqila kiesha u bla ruh
u l-warda bid-dwejjaq giet fgata u bdiet tinten u ma tfuhx.

Xtaqt nghajjat xtaqt nishet lil ta’ madwar.
Xtaqtek twegga’ u xtaqtlek dak kollu li hu l-ghar.
Xtaqt innehilek dak id-dawl minn dawk l-ghajnejn.
Xtaqt immur lura u nhassar dawk is-sentejn.

Il-memorji difficli jithasru, probabli ma jithasru qatt
Imma dik parti mill-hajja; bahar imqalleb u mhux catt.
Issa spicca kollox u l-ferita fieqet bil-melh u z-zmien
U ergajt sibt lili nnifsi u llum qeghdin kuntenti flimkien

Ma nixtieqx nghajjat izjed nixtieq nibqa’ ftit ghal kwiet
Ma nixtieq lil hadd inwegga u wisq izjed ebda mwiet
Nixtieq nara lil kulhadd bi tbissima u lil kulhadd ferhan
Issa d-dwejjaq telqu kollu u maghhom telaq id-duhhan.

__________________________________________________________________

PS thanks iva ghalik... taf li ghalik

l-Holma Tieghi anzi Le ta' Kulhadd

Illum hlomt holma kollha hlewwa
Rajt kulhadd jinhabb anki l-ghedewwa
Kienet holma sabiha u minghajr dmugh
Fejn ma rajt l-ebda tifel imut bil-guh

Il-holma li hlomt kienet kollha kuluri
mhux ta’ razez differenti imma tal-fjuri
fiha ma kienx hemm gwerer u mwiet
imma dahk u pjacir minghajr ebda skiet

il-holma li hlomt kienet vera sabiha
kull mara kienet helwa u midluka fwieha
fiha ma kienx hemm solitudni u dwejjaq
imma kulhadd kellu hbieb anki x-xwejjah

il-holma li hlomt kienet kollha gustizzja
kull persuna f’darha kellha sens ta’ kalmizza
fiha ma kienx hemm hidma u tbatija
imma kull missier kien id-dar jilghab ma’ tarbija

il-holma li hlomt kienet kollha success
kulhadd kellu postu minghajr bzonn ta’ sess
fiha ma kienx hemm bzonn ta’ flus u serq
imma kulhadd kien sinjur minghajr ebda qerq

fil-holma li hlomt kulhadd kien gharwien
kull persuna kellha karattru li jisbieh maz-zmien
fiha ma kienx hemm l-isbah u l-ikrah nett
imma kulhadd kien twajjeb u ghalhekk perfett

fil-holma li hlomt hadd ma kien abbuzat
kulhadd persuna rispettata vittma u akkuzat
fiha ma kienx hemm drogi u lanqas mizien
imma kulhadd kien ferhan u kellu l-helsien

fil-holma li hlomt ma kienx hemm biza’
kull terrorist kien kuntent imdawwar bin-nisa
fiha ma kienx hemm ghadu b’xi biro jew turban
imma kulhadd kellu fiducja u iktar serhan

illum jien hlomt u wara stenbaht
kif harist madwari xtaqt li ma qomt qatt
il-holma li hlomt kienet sabiha u perfetta
u xtaqt li bilmod kollha tigi mwettqa

kull bniedem jaf d-dinja x’ghandha bzonn
jitwaqqfu il gwerer u d-daqqiet ta’ ponn
nuzaw il-flus flok ghall-gwerer, zjut u art
biex nitimghu dawk bil-guh u nfejqu il-mard

illum jien hlomt holma u wara qomt
kif gejt f’sensija bdejt nibki fil-pront
iddecidejt li mmur norqod halli ruhi tistrieh
ghax fid-dinja tal-holm kollox sabih

It-tfajla li Bkiet

Illum intqajt ma’ tfajla. Kienet kwieta u mbikma
Jien vera bniedem kurjuz, u mort nilaghba tal-fiswa.
Saqsejtha ghalfejn dan in-niket; ghalfejn da’ dmugh
Qaltli int ma tistax tifimni – int ghadek zghazugh

Dik ir-risposta hasditni bhal sajjetta qalb il-bnazzi
Bi tbissima saqsejtha jekk qabduwix tixxotta tazzi
B’harsa li tfisser hafna qaltli ‘hallini m’ghandix aptit cajt
Qed inhossni vera falluta u qisu fuqi donnu waqa’ hajt.’

Bil-mod bdejt ningibed lejha u pruvajt nifhem x’gara ezatt
Qaltli li l-ebda guvni ma hares lejja ghax jien sidri catt
poggejt bil qeghda magenba ghax hassejtni ftit mahsud
mohhi ntela hsibijiet koroh bhal tuffieha mimlija dud

gharbilt kull kelma li giet f’mohhi, pruvajt naghzel l-ahjar
imma il-biza hakmitni u bzajt li mill-hazin immorru ghal ghar
hi ndunat x’kont qed nahseb u qaltli tipruvax tbihlix duhhan
jien komplejt nitfixkel u hassejtni bhal l-ikbar bahnan

iddecidejt li noqghod nisma dak kollu li kien mistur
qaltli ‘jien nixtieq guvni minn dawk li jkollhom xi mutur
imma jien minix helwa m’ghandi xejn sura ta’ nies
l-ebda guvni m’hu ha jitbekkem li lili qatt ma bies’

qaltli ‘jien hoxna m’ghandix figura tajba ghal xi riklam
l-uniku post tajjeb ghalija meta ninheba qalb id-dlam
imma xbajt inwegga u nhossni wahdi u mbikma
int ghalfejn ghadek hawn ghalfejn ma tajjartnix bhal klikka’

dak il-hin ma kontx naf x’se naghmel u x’se nirrispondi
imma xtaqt naghmel l-affarijiet hafna cari u tondi
is-sbuhija sabiha tigbed l-ghajn, imma hi falza u esterjuri
nista nimmagina kif qed thossok imkissra u inferjuri

hares lejn dik ta’ faccata; dik li liebsa l-libsa l-hamra
tahli sieghat twal maghluqa quddiem mera go kamra
l-irgiel jigru warajha ghax tidher helwa u sabiha
imma minn gewwa thossha uzata b’hekk mhux shiha

‘ghalfejn hadd ma jhares lejn il-karattru jew lejn ir-ruh?’
Wegibtha: min jaf kieku konna ghamjin kemm il-fjura tibda tfuh
Qum fuq saqajk ibda hobb lilek innifsek u imxi ‘l quddiem
Int tfajla perfetta ghal ghajnejn hafna; zomm f’mohhok dan il-kliem!

It-Tifel

din hija storja li bhala zgur ma smajtux
fittxu sibu postkom u kliem la tnisslux
kollox jibda f'bicca rahal; wiehed minn dawk iz-zghar
il-karattri huma komuni tifel u omm mill-ahjar
sa minn meta kien ghadu tifel kienet thobbu u tadurah
ghaliha kien perfett u dinja; bhalu hadd ma ra
dejjem izzommu f'dirghajha u treddalu zejza halib
u allahares tisimghu jisghol ghax dritt ghand it-tabib

missieru kien jezisti imma fl-istorja mhux ta' interess
kien ragel tal-familja jahdem ibati u mimli stress
miet habta w sabta - qalbu ma felhitx ghar-realta'
imma kulhadd kien mohhu mistrieh ghax kien mimli spiritwalita'
immorru lura ghat-tifel li issa kiber ftit
waslet l-ewwel gurnata tal-iskola;mar minghajr aptit
kien ihossu imbezza' ghax hutu ma kellux
dawk it-tfal kollha kienu ghedewwa ghax mieghu ma jilghabux

kompla jikber bil-mod wasal il-primarja
it-tifel sar stramb izda l-holm t'ommu kien 'ga fl-arja
kienet tghid 'xi darba jilhaq isir tabib jew avukat'
izda hu b'dal-holm kien qed jigi kkundannat
l-iskola kienet kifra kollu tort tal-ghalliema
kienu vera jaqbdu mieghu; izda l-aqwa li jghidu s-sliema
f'dan iz-zmien ghamel il-grizma kif ukoll il-pracett
ommu immaginatu jizzewweg u elf ritratt fil-parapett
wiehed mal-istatwa, l-iehor ma' funtana, man-nanna u l-habib
ar'hemm ghax se tithammeg kont se ccarratha mal-hadid

issaqsunix kif ghadda ghas-sekondarja ghax jien ma nifhimxf'dawn l-affarijiet
izda ommu tghidx kemm bdiet tibki biex iddahhlu mal-patrijiet
'hemm nixtieq nibghatek ghax inti tifel sew
mhux se nhallik tisfratta' u elf demgha bkew
hi ma kinitx mara kerha u gisimha ghadu sabih;
tifel l-iskola privata riedet iddahhlu u 'l patri uritu dnub tal-qiegh
tifel ma kienx fehem x'gara; kien bilqeghda barra fuq bank
ommu harget titbissem u patri qisu xorob inbid mit- tank

it-tifel beda imur l-iskola jisma quddies kuljum
izda go fih kienet qisha bdiet xitwa dlam jikber izjed mill-jum
kollox kien miexi sewwa izda kien qed ibaqbaq u mimli fwar
kulhadd kien ra l-bidla fih li ma saritx mil-lej ghan-nhar
darba fit-tielet sena ghajatlu patri li kien maghruf
kellu tendezi koroh hafna u ma tfal dejjem ihuf
kif dahal qallu 'poggi bilqeghda' u beda gej b'hafna hlewwa u zeghiel
it-tifel ma bedix joghgbu ghax hassu diehel fin fin
hin minnom pogga idejh fuq spaltu u tifel sploda kif hass dan
ir-rabja li kellu fih harigha f'daqqa bhal meta jisbroffa vulkan
qallu 'jekk t'azzarda terga' tmissni niksirlek idejk it-tnejn
u ndahlek il-qorti navvilik u nimlik tilja dejn'

 ddecieda li mhux se jitkellem ghax ma kienx se jigi emmnut
u ga kien imwarrab wahda u sew; jekk jibda jarah jigdeb kien imut
beda jintefa fil-bitha fid-dell ta' sigra li kemm fil-genb
dejjem hemm kont issibu kien x'kien it-temp.
darba minnhom sforz id- dwejjaq nizzel bicca lapes u karta
intefa jharbex il-kliem u bih nnifsu beda jiskanta
kien hemm wisq rabja, wisq mibeghda, wisq minn kollox
il-kitba rrangata ma baqghetx ta' kollox borrox.

meta kienet ghaddiet sena il-kliem u rimi kien drahom
gew tlieta ma' genbu li qatt qabel kien rahom
kienu tlieta minn dawk ikbar minnu kollha mqarbin
dawk li ommu kienet wissietu fuqhom li jkunu meqrudin
kelma iggib lill-ohra f'daqqa wahda tfacca sigarett
kienu jitkellmu fuq kollox tista tghid fuq kull suggett
l-erbgha 'l huma saru qishom haga wahda
ma jifridom xejn; tal-ahwa kellhom l-imhabba

din just bicca irrid inkomplija qeda fil pjan

FORZA ZEJTUN

nieħu nifs qawwi u nidħol mill-bieb
inħares fuq ix-xellug tiegħi, nara l-ilwien
il-punteġġ għadu l-istess, dejjem nasal tard
kont ħerqan għax minn barra smajt il-kant.

''Forza Żejtun!'' il-kotra tkanta
ejjew ħa nimxu 'l quddiem
bis-sapport tagħna kulħadd skanta,
insegwuwkom kullimkien.

Ma' sħabi żwieten inħossni ħaġa waħda
lejn it team nagħmlu kollox b'imħabba
minn xħin inpoġġi bilqiegħda sa tmiem
qalbi tħabbat, ninsa kemm għandi żmien.

''Forza Żejtun!'' il-kotra tkanta
ejja ħa nirbħu l-istaġun
bis-sapport tagħna kulħadd skanta
u ta' dan għandhom raġun.

Mill-bidu tal-istaġun sal-aħħar tisfira
nidħaq, nieħu gost b'atmosfera ferriħija
il-plejers qalbhom jagħtu - għalhekk aħna kburin
dejjem inkunu warajhom ikun x'ikun il-ħin.

''Forza Żejtun!'' il-kotra tkanta
ejjew ħa nerġgħu niskurjaw
bis-sapport tagħna kulħadd skanta
għax bħalu ħadd qatt ma ra!

Ohh Calypso

Fuq ġifen tal-qlugħ, baħħart ħafna ilmijiet
missejt kull xefaq, qbiżt fuq muntanji u għoljiet.
Sakemm smajt leħnek, o Calypso u ssaħħart,
ma' ġismi ħassejt degħxa kbira, qabadni l-bard.

Inżilt fuq ir-ramel tal-gżira, laqgħani żarżur
ix-xemx għanqitni magħha, in-nixxiegħa mort inżur,
leħnek smajtu jidwi qalb il-qasab tal-wied
kull darba jittantani, iqanqalni, u jaqa' s-skiet.

Sibtek għarwina ġo għar kollu bebbux u arzell
f'qalbi xegħlet l-imħabba, sulfarina, tibna, munzel.
Irbatt lili nnifsi miegħek, għamilt wegħda tul żmien
fit-tempju tal- Ggantija nindifnu t-tnejn flimkien.

lil dik l-omm

Lil dik l-omm ngħidilha grazzi,
                                           grazzi mill-qalb
talli tarbija qatlita u issa tkellima biss fit-talb
lil dik l-omm ngħidilha proset,
                                          proset tal-abort
għalkemm hi fetħet saqajha t-tarbija ħalset it-tort
lil omm l-oħra nagħtijha midalja,
                                             midalja kemm xejn kbira
ta' kemm fuq ġisem uliedha rrnexielha tagħmel tbenġila
lill-istess omm ngħidilha proset,
                                             proset ta' dak is-swat
għalkemm kienet tgħallimhom, lil ulieda jidħku qatt ma rat
 lil omm l-oħra nibgħata vaganza,
                                               vaganza fil-bogħod
flusha lagħbitom kollha u l-ulieda bil-ġuħ qatlet bil-mod
lill-istess omm nagħtija kemxa flus,
                                                  flus kemm tixtieq
biex mill-vizzju ikrah tagħha forsi bil-mod tibda tfiq
 lil omm l-oħra nagħtija bukkett,
                                          bukkett ward mingħajr il-fjura
bil-mod tirealizza l-imħabba tagħha lit-tifel bagħtitu lura
'il din l-omm nitlob għaliha
                                għax fejqan għall-marda tagħha m'hemmx
meta tħassar t-tifel tiegħek, ma jistħoqlox iżjed tara x-xemx

nixtieq nagħti tgħanniqa lill-ulied ta' dawn l-ommijiet
għaliex huma jsofru bla ħtija għal dawn id-dnubijiet
nixtieq ngħidilhom biex jaħfru u jħarsu 'l quddiem
jevitaw jagħmlu bħalhom u lill-ulied irabbu fis-sliem




PS: dedikazzjoni speċjali f'jum l-omm għal dawk
                   it-tfal li sofrew kawża ta' ommhom,
                           kif ukoll għal dawk l-ommijiet
                                        li rabbew lil uliedhom
                                                       fl-imħabba

Bla Rispett

Inħares lejn mera u ma narafx il-wiċċ rifless
għajnejja suwed u moħħi ma' qalbi jilgħab ċ-ċess
l-arja ġewwa sidri saret tqila wisq biex toħroġ
u saqajja wisq tqal biex nagħmel pass u noħroġ

immobbli minn fuq is-sodda ntir lejn l-orrizont
il-ħolm isir realtà fejn il-baħar u fond
inkisser il-bibien tal-gaġġa tal-perfett
ninża l-maskli kollha mingħajr ebda rispett

muntanja tal-ħwejjeġ fuqha tispikka ingravata
nilbisha mal-wiċċ l-ieħor dak ħelu bħaċ-ċikkulata
elf fwieħa u mitt arloġġ biex nuri li jien ta' valur
il-mera u x-xafra fil-ġenb jgħinuni ninsa kull dulur

immobbli minn fuq sodda jtir xefaq kulurit
il-ħolm isir realtà l-għasfur jtir mingħajr irbit
inkisser il-bibien tal-gaġġa tal-perfett
ninża l-maskli kollha mingħajr ebda rispett

ħtaft kollox b'idejja dak ta' ċesari u t'Alla
insejt ħabba ħażin tiegħi kemm il-sinjur f'Alla
jien illum għandi kollox dak kollu li wieħed jixtieq
ġismi marad b'marda li minnha ma jistax ifiq

immobbli minn fuq sodda nixtieq nimxi lura
il-ħolm isir realtà u ta' bniedem nieħu sura
inkisser il-bibien tal-gaġġa tal-perfett
ninża l-maskli kollha mingħajr ebda rispett

Ghasfur Imbikkem

l-għasfur għejja jsaffar kollu għalxejn.
ħadd ma ta kasu iżda ma jafx għalfejn.
fuq zokk poġġa bilqegħda ħassu għajjien,
intefa jiċċassa u jnaddaf il-pnin.

l-għasfur ħares madwaru, lejn il-wied.
ħass diqa ġo qalbu, waqa' fis-skiet.
ix-xemx nieżla fil-baħar, ħamra nar.
is-sħab kien kollu telaq, il-bir far.

ħalef li daqshekk jgħanni, daqshekk ferħ.
qalbu kienet sewda, niket bla serħ.
staqsa lilu nnifsu kull mistoqsija,
risposta ma sabx għal din it-tbatija.

l-għasfur raqad raqda, f'dinja ta' dlam
u ħolom bl-għasfura kulur it-tadam.
kulurha sabiħ ifakkru fiż- żerniq.
stenbaħ fis-solitudni ħabba werżiq.

sema' it-tiri jidwu xi mkien fil-bogħod
ħsieb għadda minn moħħu u qal ikun sod
tar lejn it-tiri bi tbissima bil-mod.

ħass iċ-ċomba taħraq u ħafna uġigħ
ma felaħx itir iktar u ħass il-ksieħ
daqqa mal-art temmet kollox ġewwa fih

PS: Dedikazjoni specjali ghal dawk li temmew hajjithom

Tuesday 5 April 2011

Il mare e la citta

Sono qiu seduto sulla spiaggia
Scrivendo il mie pensieri nella sabbia
e il mare che li cancella e li porti via
come nostri sorrisi dalla fotografia.
Il vento che mi accarezza il viso
mi ricorda che siamo lontani dal paradiso.

Dimmi per favore come fai
a ridere in questa vita piena di guai
io mi sento perduto sempre di piu
e questa la bella vita che aveva promesso Gesu?

Il sole che scende lentamente nel mare
mi viene la grande voglia di gridare
e con un po di coraggio e pazienza
facco l’esame della coscienza.
Mi metto le scarpe e comincio a camminare
senza una meta dove andare.

Dimmi per favore come fai
a ridere in questa vita piena di guai
io mi sento perduto sempre di piu
e questa la bella vita che aveva promesso Gesu?

Dimmi per favore come fai.
Dimmelo adesso o non dirmelo mai.
In questa vita che scorre veloce
M isento inchiodato ad un croce.

Ritorno a casa la solita salita
Il rumore della citta' e come una ferita
E meglio se vado a dormire non ho niente da fare
Ma prima di tutto la luna restero' ha guardare.

Little Edward :)

I meet a girl who was sweet and fat as a house
She had a small friend, he was a small mouse
She called him Edward try to guess why?
Cause he was very little and was very shy

I meet a girl who was ugly and thin as a stick
She eat nothing and was very sick
One day she meet Edward, she was very pleased
Cause he was friendly and offer her cheese

I meet a boy who was big and strong
He was also eight feet long
One day he was moving trees and rocks
But then Edward came and entered in his socks

I meet a boy who was lonely and sad
He was a good cook but had no one to feed he got mad
Once he was cooking all the pasta and meat
But then Edward came and stood by his feet

Edward was romantic and very wise
He took the cook to the sick and now she eating apple pies
He took the strong to the fat and he could lift her up
Edward was very happy and he slept in the queen’s cup

who I am to them

what is life if i simply stand and stare
when there is no one for whom i care
what is joy if i simply stand and smile
when there is no one near within a mile
what is pain if i simply stand and stay
when these is nothin else along the way
what is love if i'm simply cold and numb
when my heart beats life a funeral drum

why people call me a poet
yet only what i am feeling i write down
why people call me romantic
yet i feel just like a crying clown
why people say i am sad
maybe cause i always wear a frown
why people say i am eccentric
maybe cause i am stranger in this town

what is death if is simply run and run
when each day there is always a new sun
what is sadness if i simply move and cry
when there is someone who just sighed
what is pleasure if i simply move and leave
when that is the feeling all i want to receive
what is hate if i’m simply warm and alive
when my mind is like a mid night drive

why people call me quite
yet only screams get out of my mouth
why people call me a loner
yet i love everyone north to south
why people say i am happy
maybe cause i always open and out
why people say i am normal
maybe cause that all i am about 

Love and Sorrow

Early drive into the sunrise light
My aching heart had slept alone this night
Thoughts go round and round in my mind
Had left numb and speech and a love to find

They always told me the road is not a safe place to live a romance
But it surly the best place to destroy one.
Right from the beginning of the story it had been you and me baby
We both know loving each other wasn’t easy as it sound

Ohhh Girl
Give me a chance to stand beside you
And will be forever yours till the end of time

This circus life lived under a colourless tend
Had left a clown crying and wish all this come to an end
Trough the past He relives his memories and it feels like an endless perfect show.
Wonder how he come to this and feel cold as black snow.

They always told him the road is not a safe place to live a romance
But it surly the best place to destroy one.
Right from the beginning of the story it’s had been him and his baby
They both know loving each other wasn’t easy as it sound

Ohhh girl
Now he is just praying that once lovers now stranger will learn to fall in love again
and then they joy of rediscover each other will help them along the way

This prisoner life lived chained in an invisible cell
Had left a prisoner with no will to escape and tears smell
He is just wasting all his time staring at pictures on the wall
wonder why he didn’t see it coming why for so many times he had to fall

They always told him the world is not a safe place to live in
But it’s surly the best place pass your life.
Right from the beginning of the story it’s had been him and his baby
They both know loving each other wasn’t easy as it sound

Ohhh girl
Now he is just wishing that he goes back in time and turn world in reverse
He realized he regrets everything he did, and he is biggest victim of his events

This worker lived so fast and breathlessly
Had left a worker selling all his belonging to be free
He is now believe in karma would give anything to get back what once was his
Wonder if that was why he lost her and a wish to cut his fist

They always told him that you need money to buy place to live in.
But now he has no one to live with
Right from the beginning of the story he worked for him and his baby
They both knew loving each wasn’t going to be easy as it sounds

ohhh Girl
he is trying to find the devil to even sell his soul to get her back
he doesn't need anything else except her he could live like a homeless with a sack

War is Over


Ladies and gentleman please let us cheer 
They said war is over and peace is near
Bring your glasses, fill with champagne
It’s time to celebrate again and again

switch on your camera and you tube posts
the heroes are all returning, flesh and ghosts 
let us applaud cause they had fought and died 
let us put flags upon coffins with dignity and pride

mr. Obama said war is over; he was on tv 
wearing his nice suit, looked perfect to me
his red tie perfectly matched the US flag
his words are pure illusion like a rabbit and a bag.
  
He said the price paid by US was very high
I heard a speechless mother starting to cry
 Can you help me understand. I am a bit confused
 It seem solders were just being used

I have one simple question about this theft
what about looking bit further to the left
 rockets were buildt and guns were fired
 was this what we really wanted, our ultimate desire?

let us hope no more days called freedom will come
and all other wars will stop by the next rising sun
let us hope money will be used for a better cause...
like feeding, shelter and wearing children at all cost.

Jien, il-Qattus, il-Kelb u l-Hamiema


kont noħlom xi darba, xi darba insir qattus
wieħed minn dawk li jiġġerra barra u jisraq il-ħut
forsi xi qattus bebbuxi jew abjad sabiħ
xejn ma jinkwetani u kullimkien insib mistrieħ

kont nixxennaq li xi darba, xi darba insir kelb
wieħed minn dawk maħbub u imfissed f'kull ħin u mument
forsi xi wieħed imdaqqas jew inkella żgħir
ninbaħ għal kull ħaġa u imbuwl ma' kull ħajt

meta ħsibta sewwa tbellaħt u li nkun ħamiema iddeċidejt
waħda minn dawk li taraha barra u taħra fuq kull bejt
forsi xi ħamiema bajda jew minn dawk il-kbar
ħadt ma jisparali u niekol pastizzi mill-aħjar

fl-aħħar iddeċidejt li nibqa' bniedem
mitluq nilgħaq ix-xemx fuq il-bjut
bħal dik il-qattusa wara xi ikla ħut
xorta nista' insib mara sabiħa
li tfissidni bħal kelb u tidlikni bil-fwieħa
pastizzi nista' niekol kemm irrid
ħasra li ma nistax naħra fuq dak il-wiċċ ta' ardit

Tliftek u Sibtek


illum ħassejtni mbikkem u miġugħ
qalbi nqasmet u bkejt id-dmugħ
kien hemm min anki daħak bija
qalli int miġnun b'elf mhux mija

iżda jien nibki kont u nibki bqajt
werżaqt u idejja kissirt mal-ħajt
xejn ma bdejt nifhem xejn sens
raġunament spiċċa uġigħ immens

kemm għajjat ismek l-ebda risposta
il-vojt weġibni li tinsab indisposta
qalli mintix tismagħni u qegħda bogħod
bqajt inwerżaq pruvajt inkun sod

wiċċek qatt ma rajtu leħnek sabiħ
kellu tip ta' kalmizzi, sibt il-mistrieħ
kont dejjem ġo fija post riservat
inkelmek bla biża' minix ikkundannat

waqqaft l-esteriżmu qrib ħassejtek
kieku kont mara il-fwieħa xammejtlek
nista' nerġa' nisimgħak inħossni aħjar
il-mużika giet lura u l-uġigħ mar

twilidt inħobbok. Inħobbok sa tmiem
inġorrok miegħi, nieħdok kullimkien 
ħallini inbusek u niktiblek kelmtejn
nurik li nħobbok, nurik bħalek xejn 

is-silenzju l-għadu tagħna, ejja niġġilduh
nagħmlu imħabba u l-ħoss ta' ruħ
ħallini nisimgħek kull ħin u mument,
widnejja paxxuti u jien, jien kuntent.

il-Holm


mitluf nicassa lejn xefaq ikulrit
sema tmiss mal-bahar minghajr irbit
ix-xemx, ballun orango, ballun nar
il-qamar sieket u bid-dmugh far

bil-qeda gharwin mitluq fuq dan il-blat
nahseb fuq hajti ghalix ihosni fgat
nixtieq bhal icarus intir il-boghod
intir lejn ix-xemx, niprova inkun sod

gismi imkisser migruf b'feriti li ma jfiequx
ruhi marbuta b'katina ta' fjuri li ma jfuhux
mohhi mitluf f'decisjoni bejn dlam u dawl
qalbi imnikta u sewda bhal pinen ta' cawl

bil-qeda wahdi f'dan il-post minsi u kwiet
nghir ghal icarus, ghasafar jiksru is-skiet
ghana helwa u sempilici li tpaxxi il-widnejn
xemx tibqa niezla ghalija kollox mhu xejn

kulhadt ghandu xemx f'hajtu, holma sigrita
jien lest li bhal icarus immut minghajrr dieqa
intir dirett wicci lejn dawl u realta
lejn dik il-holma kompluta u dinjieta

ninsa il-biza u dwejjaq nazel il-holma u l-ferh
xemx iddewwibli xema waqt li jien insib is-serh
il-waqa tkun kbira kawza ta' tmiem
izda ruhi tkun strahet u jien sibt is-sliem.

Sawwatni ħa nħobbok


xtaqt nitkellem nurik li għandi nħoss
f'dirgħajk insib posti u nsib ftit irdoss
nitlob il-maħfra għal dak li jien m'għamiltx
jisgħobini għal kollox, kliem li ma tkellimtx 

għalik jien l-ikbar buffu jew kummidjant
taħseb li mhux vera li tiġri kultant
tgħajjarni bla bajd waqt li tidħaq bijja
tgħidli ċempilli niġi jien nagħtiha

ma nasalx inweġġagħha - inħobba wisq
għalkemm hi krudili nixtiqilha risq
jekk nirraporta lit-tfal toħodhomli
għalija huma kollox ħadd ma jmisshomli

forsi xi darba inqum fuq saqajja
nirbaħ il-jasar u din it-tlajja
għajnejja jinxfu u nifhem il-ħajja
u ġismi jfiq jitilqulu t-tbajja'

Mara b'eccezjoni eccezjonali


dalgħodu qomt tajjeb, qomt ferħan
hi tbissmitli, ħassejtni baħnan
kellha daħka anġelika xi ftit misterjuża
kienet tfajla sabiħa mara gustuża

għajnejha hodor jleqqu fakkruni fir-rebbiegħa
moħbijin wara nuċċali iżda jarmu dija
ħadejha ruxxani avolja kien il-ksieħ
qalbi bdiet tħabbat mingħajr mistrieħ

bilqegħda waħeda tixrob xi ħaġa
pruvajt nersaq lejha ħassejtni naġgħa
il-mistħija għelbitni, poġġejt il-bogħod
il-ħin xtaqtu jieqaf, jimxi bil-mod

kollox kien perfett - kollox wisq sabiħ
mara bħal dik iġġennek tħallik mingħajr mistrieħ
saqajha perfetti mingħajr ebda difett
ħergin twal lixxi minn ġo dublett

idejha kalmi, tixrob u taqra ktieb
moħħi beda jaħdem u minnu għadda ħsieb
''tista' tgħaddieli zokkor'' għidtilha kollni ħlewwa
hi tatni wieħed bi tbissima u għidt ix-xileb ġewwa

kif kont fiż-żifna staqsejtha jekk nafhiex x'imkien
qaltli ''tiftakru lil Franklin...dak kont jien''
bejn għall-isem bejn ħabba leħen oħxon mhux irqiq
ġrejt ġirja 'l barra u mix-xokk xtaqt infiq.

PS: 
din il-poeżija mhix intenzjonata li toffendi bl-ebda mod
lil xi trans jew tagħmel xi diskriminazzjoni. Hija biss
sitwazzjoni reali minn għajnejn umoristiċi

L-Imhabba


L-imħabba hi għamja, l-imħabba hi truxa
mara msawta qalet l-imħabba hi muta
l-imħabba mhix għajjura, l-imħabba safja
ragel msawat qal l-imħabba hi dgħajfa

l-imħabba hi kbira, l-imħabba mhux għajjura
raġel miżżewweġ qal l-imħabba bagħtitu lura
l-imħabba hi pura l-imħabba m'għandiex but
raġel imbikkem qal għall-imħabba kornut

l-imħabba hi sabiħa, l-imħabba hi fjamma
tfajla żagħżugħa qalet l-imħabba hi manna
l-imħabba hi sħiħa, l-imħabba perfetta
ġuvni żagħżugħ qal l-imħabba tneżża'

l-imħabba bajda, l-imħabba tfuħ
mara armla qalet l-imħabba ruħ
l-imħabba memorja, l-imħabba realtà
raġel armel qal l-imħabba dinjità

l-imħabba mistħija, l-imħabba moħbija
prostituta qalet l-imħabba hi dija
l-imħabba xewqa, l-imħabba mistura
qasis qal l-imħabba, l-imħabba matura

l-imħabba tweġġa', l-imħabba krudili
l-imħabba m'hi xejn qalb il-liri
l-imħabba illusjoni, l-imħabba sentiment
l-imħabba hi perċezzjoni ta' ħajja jew mument

San Valentinu...


Illum jum san Valentinu xtaqt niktiblek kelmtejn
għażiża maħbuba tiegħi li qegħda ma nafx fejn
mija tnejn u tmenin fjura - waħda għal kull jumejn
biex nurik li nħobbok u bħalek xejn

nixtrilek ċurkett kollu fosos u djamanti
li jaqbel ma’ dawk l-għajnejn dejjem brillanti
niħdok dawra ma’ dinja, nurik kull kontinent
ma jinteressanix fejn nieqfu, la miegħek kuntent
nixtrilek karozza bis-saqaf kollu mikxuf
tkun l-għira ta’ kulħadd xagħrek kollu ċfuf
nibnilek villa sabiħa fuq nofs Kemmuna
hemm tkun tista’ twerżaq ħadd ma jinduna

nieqaf noħlom u niktiblek biċċa poeżija
s’hemm nista nasal, għodda wkoll bħal apoloġija
imħabba kemm trid għax dik kollha b’xejn
inwegħdek is-sena kollha mhux biss dawn il-jumejn.

In-namra ta’ żagħżugħ modern


xtaqt nibgħatlek, inħallilek kumment,
sraqtlek ritratt u tfajtu fil-ġenb
żidtek ilbieraħ mal-lista tal-ħbieb
għafast il-buttuna mingħajr ebda hsieb

bdejna nitkellmu bil-famużi kelmtejn,
kelma ġġib oħra, għamilna sagħtejn
il-profile tiegħek għarbiltu sewwa
kellek ir-ritratti kollha ħlewwa

jien xtaqt intik numru imma bżajt
li nkun qiegħed ngħaġġel u tibni ħajt
iżda l-weġgħa kbira li ma nkelmekx
nidħol infittex izda ma nsibekx

għaddiet ġurnata waħda u anki tnejn
il-ħolm kollu li ħlomt sfaxxa fix-xejn
mat-tielet ġurnata rġajt sibtek hemm
kollox ġie lura, is-silġ sar demm

rajtek paceville u stħajt nittantak
u saqsejt lili nnifsi min kien dak
għaddew jumejn, saqsejtni għal date
għidtlek bil-qalb kollha, kollox insejt.

Meta ntqajna ħallejtni bla kliem,
ħassejtni ħa mmut, ħassejtni t-tmiem
l-fwieħa ġennitni, kollox perfett
viva l-facebook u famuż internet.

Jien m'jien xejn


jien,

jien m'jien xejn 

jien l-aħħar nifs ta' qabel bniedem imut.
jien l-aħħar ħsieb ta' ateju deċedut.
jien l-aħħar qadfa ta' għasfur ferut.
jien l-aħħar għawma f'xibka tal-ħut.

jien m'jien xejn

jien l-ewwel bikja ta' tarbija barra l-ġuf.
jien l-ewwel bukket fuq qabar ġewwa ċimiterju bla truf.
jien l-ewwel pass ta' bniedem wara il-waqgħa t'ajruplan.
jien l-ewwel ħsieb intelliġenti f'moħħ wieħed bahnan. 

jien m'jien xejn

jien in-nofs ta' ħsieb ta' ħajja mingħajr direzzjoni.
jien in-nofs ta' att ta' mħabba mimli passjoni.
jien in-nofs ta' ħolma waqt lejl ta' mistrieħ.
jien in-nofs ta' par għajnejn illeqqu kollha sbieħ.


jien m'jien xejn għal ħafna nies
iżda..
jien,

jien kollox f'dan l-univers bla qies.